Gwida kif tuża dan l-Arkivju

Nagħtuk merħba f’dan l-arkivju diġitali.

F’dawn il-paġni qed niġbru, b’mod diġitali, artikli li ġew ippubblikati u li jittrattaw il-wirt kulturali taż-Żejtun.  Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-artikli ġew ippubblikati fil-kotba li joħorġu mill-parroċċa u l-għaqdiet taż-Żejtun għal ġranet tal-festa.

Kif tistgħu taraw, dawn l-artikli huma arkivju ta’ informazzjoni storika li l-biċċa l-kbira minnha ġiet riċerkata b’mod professjonali.  Dan l-arkivju għandu jkun għajn ta’ informazzjoni għall-istudenti u dawk kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar il-wirt taż-Żejtun.

Int tista’ tfittex f’dan l-arkivju diġitali b’diversi modi kif ser tara b’dawn l-eżempji:

1. Jekk qed tfittex informazzjoni dwar “Arkitettura” tista tfittex dan taħt is-suġġett innifsu u hemm isib lista sħiħa ta’ artikli li inkitbu dwar l-arkitettura fiż-Żejtun.  Dawn qiegħedin miġbura f’ordni alfabetika skond il-kunjom ta’ l-awtur.

2. Jekk tixtieq tfittex bl-isem ta’ l-awtur li kiteb l-artiklu (eż Kan Dun Joe Abela), fittex taħt isem l-awtur (ABELA, JOE. KAN).  Dawn qiegħedin miġbura f’ordni skond is-sena li fiha ġew ippubblikati.

3. Tista’ wkoll tfittex artikli skond il-ktieb li fih ġie ippubblikat (eż. Iż-Żejtun).  Dawn miġbura sena b’sena meta ġew ippubblikati.

4. Tfittxija oħra hija bis-sena ta’ pubblikazzjoni.  Hemm xi snin li fihom hemm pubblikazzjonijiet neqsin minħabba li ma rnexxilniex insibu kopja ta’ xi ħarġiet.  Żewġ snin partikolari, l-1987 u l-2010 ma saritx il-festa, għalhekk ma ġewx ippubblikati kotba.

La darba sibt u għażilt l-artiklu li tixtieq taqra kull m’għandek tagħmel huwa li tikklikja fuq l-isem ta’ l-artiklu u wara ftit ħin jitla’ l-artiklu f’format PDF.

B’kollox hemm ħames tipi ta’ pubblikazzjonijiet:

1. “Iż-Żejtun” jiġi ippubblikat mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina V.M., Zejtun

2. “Għaqda Mużikali Beland” jiġi ippubblikat mill-Għaqda Mużikali Beland

3. “Għaqda Banda Zejtun” jiġi ippubblikat mill-Għaqda Banda Zejtun

4. “L-Armar” jiġi iġġubblikat mill-Għaqda ta’ l-Armar 25 ta’ Novembru

5. “Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru” jiġi ippubblikat mill-Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru.

Wirt iż-Żejtun tinsab grata lejn il-Parroċċa u dawn l-għaqdiet mhux biss għax-xogħol li jieħdu biex jagħmlu dawn il-pubblikazzjonijiet ta’ kull sena iżda wkoll għal permess li lkoll tawna sabiex inkunu nistgħu inwettqu dan il-proġett u dawn l-artikli nagħmluhom aċċessibbli għal kulħadd.

Dawn l-artikli qed jiġu ippubblikati grazzi għall-permessi li ingħataw mill-pubblikaturi oriġinali.  Mhux permess li dawn jiġu ikkupjati jew distribwiti bnadi oħra fl-ebda forma dan skond il-liġi tal-COPYRIGHT.

Nitolbuk taqsam dan l-arkivju ma’ oħrajn sa biex il-minjiera ta’ informazzjoni miġbura fiħ tinqasam m’oħrajn.

Jekk tixtieq aktar għajnuna jew trid tagħmel xi mistoqsija tista’ tagħmel dan billi tuża is-sezzjoni ta’ kummenti hawn taħt.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s