Int tista’ tfittex f’dan l-arkivju diġitali b’diversi modi kif ser tara b’dawn l-eżempji:
1. Jekk qed tfittex informazzjoni dwar “Arkitettura” tista tfittex dan taħt is-suġġett innifsu u hemm isib lista sħiħa ta’ artikli li inkitbu dwar l-arkitettura fiż-Żejtun. Dawn qiegħedin miġbura f’ordni alfabetika skond il-kunjom ta’ l-awtur.
2. Jekk tixtieq tfittex bl-isem ta’ l-awtur li kiteb l-artiklu (eż Kan Dun Joe Abela), fittex taħt isem l-awtur (ABELA, JOE. KAN). Dawn qiegħedin miġbura f’ordni skond is-sena li fiha ġew ippubblikati.
3. Tista’ wkoll tfittex artikli skond il-ktieb li fih ġie ippubblikat (eż. Iż-Żejtun). Dawn miġbura sena b’sena meta ġew ippubblikati.
4. Tfittxija oħra hija bis-sena ta’ pubblikazzjoni. Hemm xi snin li fihom hemm pubblikazzjonijiet neqsin minħabba li ma rnexxilniex insibu kopja ta’ xi ħarġiet. Żewġ snin partikolari, l-1987 u l-2010 ma saritx il-festa, għalhekk ma ġewx ippubblikati kotba.
La darba sibt u għażilt l-artiklu li tixtieq taqra kull m’għandek tagħmel huwa li tikklikja fuq l-isem ta’ l-artiklu u wara ftit ħin jitla’ l-artiklu f’format PDF.
B’kollox hemm ħames tipi ta’ pubblikazzjonijiet:
1. “Iż-Żejtun” jiġi ippubblikat mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina V.M., Zejtun
2. “Għaqda Mużikali Beland” jiġi ippubblikat mill-Għaqda Mużikali Beland
3. “Għaqda Banda Zejtun” jiġi ippubblikat mill-Għaqda Banda Zejtun
4. “L-Armar” jiġi iġġubblikat mill-Għaqda ta’ l-Armar 25 ta’ Novembru
5. “Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru” jiġi ippubblikat mill-Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru.